Laboratorju għas-Servizzi Agrikoli

Il-Laboratorju għas-Servizzi Agrikoli, li jinsab fil-Hub tal-Agrikoltura għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Għammieri (il-Marsa), twaqqaf aktar minn 40 sena ilu biex joffri servizz għall-komunità tal-bdiewa. Fl-2020-2021, il-laboratorju ġie ristrutturat sabiex itejjeb is-servizz li kien qed jiġi pprovdut minħabba d-domanda dejjem tikber għall-ittestjar tal-ħamrija u tal-ilma tat-tisqija.

Il-biċċa l-kbira tal-kampjuni tal-ħamrija jiġu ttestjati minħabba l-obbligi tal-iskemi tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-Miżura għall-Implimentazzjoni tal-Pjan għall-Immaniġġjar u l-Konservazzjoni tal-Ħamrija f’Parċella (AECM5/AECC%), li tinvolvi l-ittestjar tal-materja organika fil-ħamrija. Minbarra dan, it-testijiet jitwettqu wkoll biex jiġi ddeterminat l-NPK fil-ħamrija, u r-riżultati ta’ dawn jintużaw mill-bdiewa għall-applikazzjoni ta’ fertilizzanti, skont il-pjan għall-fertilizzanti. Dan il-pjan huwa obbligu legali maħsub biex jipprevjeni l-applikazzjoni żejda ta’ fertilizzanti, biex għaldaqstant l-ilma ta’ taħt l-art ikun protett mit-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli. Barra dan, talli prassi tajba tgħin lill-bdiewa biex b’mod adegwat jippjanaw u japplikaw il-fertilizzanti b’benefiċċji ekonomiċi.

Il-Laboratorju għas-Servizzi Agrikoli qed jinvesti b’mod kostanti f’tagħmir ġdid biex iżid il-kapaċità tal-ittestjar tiegħu u biex kontinwament jittejjeb is-servizz li qed jiġi pprovdut lill-komunità tal-biedja. Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-laboratorju ristrutturat, il-Ministeru se jkompli jgħin lill-bdiewa jiffaċċjaw l-isfidi tal-produzzjoni sabiex jipproduċu prodotti ta’ kwalità, kif ukoll biex ikunu konformi mal-obbligi ambjentali.

Servizzi – Ittestjar tal-Ħamrija u tal-Ilma

Ittestjar tal-Ħamrija

It-testijiet tal-ħamrija li jitwettqu bħalissa fil-Laboratorju għas-Servizzi Agrikoli jinkludu:-

• pH
• Konduttività elettrika
• Sodju (li jinħall)
• Klorur (li jinħall)
• Nitroġenu Kjeldahl totali
• Nitrat-N
• Potassju (li jinħall)
• Fosforu, Olsen (disponibbli)
• Tira / Materja Niexfa
• Karbonju Organiku (Walkley u Black)
• Materja Organika (Telf mit-tqabbid bin-nar)

Ittestjar tal-Ilma

• pH
• Konduttività elettrika
• Sodju
• Klorur
• Nitrat-N
• Potassju
• Fosforu, Olsen (ortofosfat)

Trattament minn qabel tal-kampjuni tal-ħamrija qabel l-ittestjar
soil samples dried in oven ar 40 degrees celsius
Kampjuni tal-ħamrija mnixxfin fil-forn f’40⁰C
soil samples sieved with 2mm sieve
Kampjuni tal-ħamrija mgħarbla (għarbiel ta’ 2mm)
soil samples ground to fine powder, mortar and pestle
Kampjuni tal-ħamrija mitħunin fi trab fin (lida u mehrież)
Determinazzjoni tal-materja organika tal-ħamrija b’telf mit-tqabbid bin-nar
crucibles with ground soil samples in muffle furnace
Griġjoli bil-kampjuni tal-ħamrija mitħunin f’forn storta
Determinazzjoni ta’ nutrijenti ewlenin fil-ħamrija
filtration of soil extracts for determination of major
Filtrazzjoni tal-estratti tal-ħamrija għad-determinazzjoni ta’ nutrijenti ewlenin.
determination of availab phophorus in soil, olsen method.
Determinazzjoni ta’ fosfru disponibbli fil-ħamrija (metodu Olsen)
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.