Skema għaż-Żgħażagħ Bdiewa

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tagħti l-opportunità liż-żgħażagħ bdiewa billi tindirizza l-isfidi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom meta jibdew jew jespandu l-intrapriżi agrikoli tagħhom. Is-skema toffri għajnuna finanzjarja mmirata f’pagament wieħed sa massimu ta’ €100,000 għal kull bidwi żagħżugħ eliġibbli. Din l-għajnuna tiffaċilita l-istabbiliment ta’ intrapriżi agrikoli ġodda jew it-trasferiment ta’ art jew proprjetà agrikola eżistenti, u tgħin biex jingħelbu l-isfidi inizjali. Billi tnaqqas l-ostakli għall-aċċess, din l-inizjattiva għandha l-għan li tagħmel is-settur agrikolu aktar attraenti, innovattiv u effiċjenti, filwaqt li toħloq opportunitajiet li jippermettu liż-żgħażagħ bdiewa jirnexxu.

AgriConnect toffri appoġġ fit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ negozju, li huma rekwiżit mandatorju għal din l-iskema. Il-bdiewa jistgħu jirċievu għotja sa €5,000 biex ikopru l-ispejjeż relatati mat-tħejjija tal-pjan ta’ negozju, permezz ta’ konsulenti approvati. Il-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fl-uffiċini kollha ta’ AgriConnect.

Hawnhekk tistgħu taċċessaw lista ta’ konsulenti approvati minn AgriConnect.