Il-kultivazzjoni tas-siġar taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Olive Close up

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Is-settur taż-żejt taż-żebbuġa f’Malta għandu oriġnijiet qodma u għalkemm huwa żgħir, il-bdiewa lokali jipproduċu żejt taż-żebbuġa distint li huwa apprezzat fis-suq lokali u mill-barranin ukoll. F’dan ir-rigward, bosta mtieħen taż-żebbuġ ġew approvati għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, fejn tali reġistrazzjoni hija neċessarja għall-monitoraġġ u l-kontrolli rekwiżiti ta’ dan il-prodott. Il-mira tad-Direttorat tal-Agrikoltura hija li jiżgura t-traċċabbiltà tal-prodotti taż-żejt taż-żebbuġa fis-suq lokali u ssaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti taż-żebbuġ Maltin.

Objettiv

Is-sistema tat-traċċabbiltà adottata mid-Direttorat hija biex jittieħed kont ta’ dawk li jkabbru ż-żebbuġ u l-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa. Tali sistema teħtieġ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-imsaġar tas-siġar taż-żebbuġ. Barra dan, id-Direttorat irid jistabbilixxi u jimmonitorja sistema ta’ traċċabbiltà li ssegwi l-proċessuri tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa.


• Dawk li Jkabbru ż-Żebbuġ

1. Ir-Reġistrazzjoni tas-Siġar taż-Żebbuġ – din tista’ ssir permezz tal-formoli elettroniċi apposta jew direttament fil-Front Office ta’ AgriConnect. Dawk li jkabbru ż-żebbuġ iridu jissottomettu dikjarazzjoni tal-ħsad dovutament mimlija u ffirmata fuq il-formola preskritta sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Id-dikjarazzjoni trid tkun akkumpanjata b’kopji tal-irċevuti oriġinali li juru l-għadd ta’ żebbuġ mibjugħ jew ikkunsinjat lill-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa individwali.


2. Ġabra tad-dikjarazzjonijiet tal-ħsad annwali taż-żebbuġ (Dikjarazzjoni tal-Ħsad Annwali taż-Żebbuġ) li jistgħu wkoll jimtlew permezz tal-formoli elettroniċi apposta jew sottomessi direttament f’wieħed mill-uffiċċji ta’ AgriConnect.

 

• Produtturi taż-Żejt taż-Żebbuġa

1. Applikazzjoni ta’ kull sena għal-liċenzja għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa (Liċenzja għall-Produzzjoni taż-Żejt taż-Żebbuġa) – din l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tista’ timtela fuq il-formoli elettroniċi apposta jew sottomessa direttament f’wieħed mill-Uffiċċji ta’ AgriConnect.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinstabu hawn: MT

Olive Peacock Spot
Olive Tree Beetle
Olive Tree Brochure

Bażi legali

Avviż Legali 151 tal-2023: Regolamenti dwar il-Produzzjoni taż-Żejt taż-Żebbuġa, 2023.

• Regolament (UE) Nru 1308/2013 – li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007.

• Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 – dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa.

• Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1335/2013 – li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/3012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa.

• Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 – dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta’ analiżi rilevanti.

 

Informazzjoni Addizzjonali:

Fuljett tar-Rekords taż-Żejt taż-Żebbuġa
Lista ta’ Kontroll għal Produttur taż-Żejt taż-Żebbuġa

Lista ta’ produtturi ċċertifikati

Attrans Ltd.

BSS

Golden Extracts/Tal-Kancillier

Gozo Cottage

San Niklaw

Ta' Manduca

Ta' Mena Agri LTD

Fr Jose Debono

Ramla Valley

MonteKristo Estate

Kuntatti

 

AgriConnect

agriconnect.mafa@gov.mt