Sa mill-2018, il-politika agrikola ta’ Malta kienet iggwidata mill-Politika Nazzjonali fit-Tul għall-Agrikoltura 2018–2028, l-ewwel qafas nazzjonali strutturat wara d-dħul fl-UE. Din il-politika indirizzat sfidi ewlenin tas-settur permezz ta’ enfasi fuq l-immaniġġjar sostenibbli tal-art, is-sigurtà tal-ikel, is-sostenibbiltà ambjentali, id-dħul tal-bdiewa, il-kompetittività, it-tiġdid ġenerazzjonali u l-professjonalizzazzjoni tal-biedja, b’enfasi partikolari fuq is-salvagwardja tal-art agrikola, it-titjib tal-immaniġġjar tal-ilma, it-tisħiħ tal-vijabbiltà tal-irziezet, il-promozzjoni ta’ produzzjoni ta’ kwalità u l-appoġġ lill-bdiewa żgħażagħ. Il-politika rrikonoxxiet ukoll ir-rwol tas-servizzi ta’ konsulenza, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Madankollu, ir-realtajiet tal-agrikoltura Maltija—ikkaratterizzati minn art skarsa u frammentata, riżorsi limitati tal-ilma, u espożizzjoni dejjem tikber għal pressjonijiet klimatiċi, tas-suq u regolatorji, enfasizzaw kemm l-importanza strateġika tas-settur kif ukoll il-limitazzjonijiet ta’ approċċ marbut ma’ perjodu ta’ żmien u programmi varji.
L-iżvilupp ta’ Politika Nazzjonali Agrikola mġedda huwa għalhekk kemm neċessità strateġika kif ukoll responsabbiltà statutorja skont l-Att dwar l-Agrikoltura, li jitlob lill-Gvern jipprovdi direzzjoni ċara, koerenti u fit-tul għas-settur. Din il-White Paper isservi bħala strument ta’ politika tranżitorju, li jgħaqqad il-konklużjoni tal-qafas 2018–2028 u l-istabbiliment ta’ Politika Nazzjonali Agrikola ġdida għall-2027–2037, partikolarment fil-kuntest tal-iżviluppi fil-politika tal-UE u n-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni wara l-2027. Il-politika proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas stabbli u fit-tul biex jiggwida l-leġiżlazzjoni, il-miżuri ta’ appoġġ, is-sistemi ta’ konsulenza u trasferiment tal-għarfien, kif ukoll ċikli suċċessivi ta’ programmazzjoni, filwaqt li tiżgura kontinwità, trasparenza u reżiljenza. Dan id-dokument ta’ konsultazzjoni jistieden kontribuzzjoni infurmata mill-pubbliku u mill-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-qafas ta’ politika mġedded jirrifletti r-realtajiet tas-settur, l-obbligi legali u l-interessi strateġiċi fit-tul ta’ Malta.
Proċess ta’ Konsultazzjoni
Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar il-Politika Nazzjonali Agrikola proposta tniediet fis-17 ta’ April u se tibqa’ miftuħa għal perjodu ta’ seba’ ġimgħat, sal-30 ta’ Ġunju. Wara t-tnedija, se jsiru sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni matul dan il-perjodu biex jappoġġjaw diskussjoni infurmata u l-involviment tal-partijiet interessati. Dawn il-laqgħat se jipprovdu opportunità biex jiġu spjegati aktar fid-dettall il-proposti tal-politika, jinġabar feedback u jiġu ċċarati kwistjonijiet imqajma mill-partijiet interessati.
Il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna jippreżentaw il-feedback tagħhom permezz tal-formola ta’ sottomissjoni online disponibbli fuq hawn. Alternattivament, issottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-miktub permezz ta’ ittra indirizzata lill-awtorità kompetenti fuq id-dettalji provduti hawn taħt.
Id-dati u d-dettalji tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni se jiġu kkomunikati lill-partijiet interessati rilevanti permezz tal-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom. Informazzjoni oħra se tkun disponibbli fuq il-paġna uffiċjali ta’ Agrikoltura fuq Facebook.
Feedback received through the consultation process will be analysed and taken into account in the National Agricultural Policy. The policy will provide the strategic framework guiding future agricultural legislation, support schemes, advisory systems and external programming instruments, ensuring coherence, proportionality and long-term direction for the agricultural sector.
Biex jiġu appoġġjati sottomissjonijiet strutturati u ffukati, il-partijiet interessati huma mħeġġa jfasslu l-feedback tagħhom billi jwieġbu għall-mistoqsijiet gwida li ġejjin, jew billi jissottomettu kummenti relatati ma’ dawn it-temi:
Għal kwalunkwe mistoqsijiet jew għal aktar informazzjoni, ikkuntatjana billi tuża d-dettalji hawn taħt:
Indirizz Postali:
Agricultural Policy
Block E
Agriculture Research and Innovation Hub,
Għammieri, Triq l-Ingiered,
Marsa