Servizzi

AgriKonsulta: Servizz ta’ Pariri

AgriKonsulta huwa servizz ta’ konsulenza ddedikat biex jiggwida lill-bdiewa bl-għajnuna ta’ esperti u diversi għodod oħra innovattivi għall-biedja sostenibbli. Is-servizz qiegħed biex jgħin fit-titjieb tal-produttività, jipproteġi l-bijodiversità u jħeġġeġ prattiki favur l-ambjent.

AgriConnect

AgriConnect toffri firxa ta’ servizzi kumplimentari mfassla biex jgħinu lill-bdiewa u lil dawk li jrabbu l-bhejjem u hija impenjata b’mod attiv fl-adattament għal u l-implimentazzjoni ta’ prattiki u teknoloġiji ġodda li jindirizzaw l-isfidi kontemporanji u futuri fis-settur agrikolu.

AgriHub

L-AgriHub iservi bħala post fejn ir-riċerkaturi, l-innovaturi u l-bdiewa jistgħu jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw prattiki agrikoli innovattivi.

AgriKwalità

AgriKwalità huwa ddedikat biex jipprovdi informazzjoni siewja relatata mal-iskema ta’ kwalità tal-inbejjed DOK u IGT, l-Iskema Nazzjonali tal-Prodotti ta’ Kwalità, prodotti Agri-Alimentari tradizzjonali ta’ Malta, l-assigurazzjoni għall-konsumaturi u korpi tal-kontroll tal-UE, id-database għal Malta ta’ materjali riproduttivi ta’ pjanti organiċi u l-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi.

Kategorizzazzjoni tal-Bdiewa u r-Raħħala

Laboratorji ta’ Riċerka u Infrastruttura

Il-Laboratorji ta’ Riċerka u Infrastruttura jinkludu l-Bank Nazzjonali tal-Ġeni, il-Laboratorju tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti, il-Laboratorju ta’ Analiżi Agrikola kif ukoll il-Glasshouse, Shade House u Screen Houses li jappoġġaw il-konservazzjoni, l-analiżi u l-propogazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti u materjali agrikoli.

Organizzazzjonijiet tal-Bdiewa

Din it-taqsima fiha dettalji addizzjonali rigward Organizzazzjonijiet tal-Bdiewa.

Riċerka tal-Arkivji tal-Artijiet

Din it-taqsima fiha dettalji addizzjonali rigward l-Arkivji tal-Artijiet.

Protezzjoni tar-Riżorsi

Din it-taqsima telabora dwar il-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati u r-responsabbiltajiet tad-Direttorat li jikkonċernaw it-trasferiment tal-ħamrija.

Vitikultura u Oneoloġija

Din it-taqsima fiha dettalji addizzjonali rigward il-vitikultura u l-oneoloġija.