Il-Kategorizzazzjoni tal-Azjendi Agrikoli skont il-Liġi Sussidjarja 639.10

X’inhi l-Kategorizzazzjoni?

Il-Kategorizzazzjoni tal-Bdiewa u r‑Raħħala tistabbilixxi sistema uffiċjali li biha l-azjendi agrikoli jiġu kklassifikati skont il-livell tal-attività ekonomika tagħhom. Din is-sistema tintuża bħala għodda biex jinftiehem aħjar il-kontribut reali tal-azjendi agrikoli fis-settur u biex il-politiki u l-iskemi ta’ sostenn jiġu mfassla b’mod aktar immirat u trasparenti.
Il-kategorizzazzjoni hija bbażata fuq l-iStandard Output (SO) tal-azjenda, li jirrifletti l-valur medju tal-produzzjoni agrikola tagħha. Is-sistema tiddistingwi bejn azjendi mhux kummerċjali u azjendi kummerċjali, li dawn tal-aħħar jiġu kklassifikati f’diversi kategoriji skont il-kobor ekonomiku tagħhom.

Il-qafas regolatorju jipprevedi:
Azjendi mhux kummerċjali, li jiġġeneraw Standard Output ta’ anqas minn €4,000;
Azjendi kummerċjali, li huma azjendi bi Standard Output ta’ aktar minn €4,000.

Għall-parametri referenzjarji uffiċjali u t-tabelli tal-kategorizzazzjoni, ara l-Avviż tal-Gvern Nru. 896 tat-12 ta’Lulju 2024, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 21,284.
________________________________________

Kif tista’ tkun taf il-kategorija tal-azjenda tiegħek?

Jekk trid tkun taf il-kategorija tal-azjenda tiegħek, tista’ tagħmel dan billi tagħfas fuq il-ħolqa ta’ hawn taħt: AGĦFAS HAWN BIEX TKUN TAF IL-KATEGORIJA TIEGĦEK
Jekk m’għandekx e‑ID, ċempel fuq 2339 7777 u l-informazzjoni tintbagħatlek bil‑posta.
________________________________________

Appell tal-Kategorija – Rikategorizzazzjoni

L-applikazzjonijiet għar-rikategorizzazzjoni skont is-sena bażi 2025 huma magħluqa. Skont ir-Regolament 4(4) tal-L.S. 639.10, il-bdiewa li jitolbu għar-rikategorizzazzjoni għandhom jipprovdu s-sottomissjonijiet kollha tagħhom sa mhux aktar tard minn Ġunju tal-istess sena. Għaldaqstant, il-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għas-sena bażi 2025 għalaq fi tmiem Ġunju 2026.

Għal mistoqsijiet oħra jekk jogħgbok ċempel fuq: 23397777.

ruralaffairs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.