Il-Politika Agrikola Nazzjonali għall-Gżejjer Maltin 2018 – 2028

Partijiet interessati varji talbu Politika Agrikola komprensiva għall-Gżejjer Maltin sabiex tipprovdi direzzjoni strateġika nazzjonali għal dan is-settur dinamiku.

Is-settur agrikolu fil-Gżejjer Maltin issawwar mill-ġdid b’mod sinifikanti wara l-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u għadhom għaddejjin bidliet fl-aspetti varji tiegħu. Għaldaqstant, din il-politika ta’ għaxar snin hija maħsuba biex tmexxi s-settur agrikolu f’direzzjoni aktar sostenibbli billi tipprovdi l-mezzi li bihom jista’ jiżviluppa u jiffjorixxi, filwaqt li jibqa’ fil-parametri tal-Politika Agrikola Komuni u regolamenti pertinenti oħrajn.

Il-Politika Agrikola għall-Gżejjer Maltin 2018-2028 hija maħsuba biex tipprovdi direzzjoni ċara għall-partijiet interessati rilevanti kollha li jvarjaw minn entitajiet pubbliċi involuti biċ-ċertifikazzjoni, il-permessi u t-teħid ta’ deċiżjonijiet, sa entitajiet privati involuti direttament fix-xenarju agrikolu li għandhom il-ħsieb li jinvestu jew jiddiversifikaw in-negozju tagħhom. Bħala l-objettiv globali għal din il-Politika Agrikola, l-entitajiet tal-gvern, ir-rappreżentanti tas-settur privat u l-komunità tal-biedja identifikaw u qablu dwar ‘viżjoni’ għas-settur agrikolu Malti. Din il-viżjoni tikkontempla l-iżvilupp ta’ politika li għandha fil-mira dawn il-miri kritiċi li ġejjin:

  • Li tiżdied il-kompetittività tal-bdiewa attivi u dawk li jrabbu l-bhejjem billi jkun hemm fokus fuq il-kwalità u titħeġġeġ id-diversifikazzjoni;
  • Li jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ bdiewa żgħażagħ billi jinħoloq settur tan-negozju agrikolu kosteffettiv;
  • Li titrawwem sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-biedja billi jkun hemm adattament għall-kundizzjonijiet ġeoklimatiċi lokali;
  • Li jiġi żgurat li l-art għall-biedja hija mmaniġġjata minn bdiewa ġenwini għal skopijiet agrikoli u attivitajiet relatati.

Il-Politika Agrikola Nazzjonali għall-Gżejjer Maltin 2018 – 2028

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.