FAQs
Is-servizz tal-Agrikonsulta jagħti għajnuna professjonali lill-bdiewa li jkunu rreġistraw raba, kif ukoll lir-raħħala reġistrati mal-Biċċerija. L-iskop hu li noffru pariri u gwida esperta biex tgħin fit-titjib tal-prattiki agrikoli u tippromwovi s-sostenibbiltà madwar is-settur tal-biedja ta’ Malta.
Is-servizz joffri pariri personalizzat f’diversi oqsma ewlenin bħal:
Ġestjoni Integrata tal-Ħsara mill-Pesti (IPM):
Is-servizz jenfasizza fuq il-prinċipji ta’ prevenzjoni, monitoraġġ u kontroll effettiv biex titnaqqas id-dipendenza fuq prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dan l-approċċ mhux biss jipproteġi l-bijodiversità, iżda jtejjeb ukoll is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-arja u dik tal-ilma. AgriKonsulta tipprovdi lill-bdiewa b’għodod biex jidentifikaw u jimmaniġġjaw il-pesti b’mod effettiv, filwaqt li tħeġġeġ ekosistema aktar b’saħħitha.
Fertilizzanti, Irrigazzjoni u Prattiki Agrikoli Sostenibbli:
Pjani personalizzati ta’ fertilizzanti u pariri dwar l-irrigazzjoni u prattiki agrikoli ġenerali oħra biex jgħinu lill-bdiewa jagħmlu l-aħjar użu tar-riżorsi u jnaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent. Permezz ta’ analiżi tal-ħamrija u tal-ilma, l-inizjattiva tappoġġa ppjanar aħjar tal-uċuħ u tnaqqas it-tniġġis ta’ nutrijenti fl-ekosistemi.
Servizzi ta’ Konsulenza dwar it-Trobbija tal-Annimali:
AgriKonsulta tippromwovi prattiki sostenibbli fit-trobbija tal-annimali li jtejbu l-benessri tal-annimali u jappoġġaw l-ekonomiji rurali. Il-pariri huma maħsuba biex itejbu l-effiċjenza fl-għalf u jiżguraw il-bijosigurtà sabiex jiġu evitati mard u infezzjonijiet.
Biex tagħmel użu mis-servizz tal-Agrikonsulta, kulma għandek tagħmel huwa li ċċempel lill-uffiċċju tal-AgriConnect fuq 21804981/2/4 u tinfurmahom li tixtieq tagħmel użu mis-servizz tal-Agrikonsultà. Inti ħa tkun mitlub tagħti xi ftit informazzjoni fuq it-talba tiegħek biex din tiġi ipproċessata u tingħata l-aqwa servizz possibli fl-anqas żmien.
Le, dan is-servizz huwa b’xejn għall-bdiewa u raħħala kollha ta’ Malta. Dan is-servizz huwa ffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Europeja kif ukoll fondi Nazzjonali.
Le, ma hemm l-ebda limitu kemm ikollok bżonn dan is-servizz.