Merħba
Il-missjoni tad-Dipartiment tal-Affarijiet Rurali hija li jipprovdi servizzi ta’ kwalità kif ukoll appoġġ lill-komunità tal-biedja lokali, filwaqt li jippromwovi wkoll l-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura f’Malta. Dan jista’ jitwettaq billi jkun hemm inkoraġġiment sabiex is-settur agrikolu jkun b’saħħtu u kompetittiv, li jirrispetta l-istandards ambjentali u ta’ produzzjoni waqt li jiżgura livell ta’ għajxien tajjeb għall-komunità agrikola.
Informazzjoni
Reġistrazzjoni tal-Artijiet Agrikoli
Minn nhar it-Tnejn 19 ta’ Jannar 2026, ir-reġistrazzjoni tal-art agrikola ser tibda ssir fil-One Stop Shop tal-AgriHub (Għammieri). Dan ifisser li r-reġistrazzjonijiet ġewwa Ta’ Qali ser jieqfu.
Barra minn hekk, ir-reġistrazzjonijiet mingħajr appuntament ser jintlaqgħu biss mingħand dawk li għandhom sa ħames biċċiet art.
Dawk li għandhom iktar minn ħames biċċiet art x’jirreġistraw għandhom iċemplu fuq 2339 7777 sabiex jingħatalhom appuntament. Aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-art tista’ tinkiseb minn hawn.