Ġestjoni Integrata tal-Pesti

Il-Ġestjoni Integrata tal-Pesti (IPM) tirreferi għall-kunsidrazzjoni meqjusa tal-metodi kollha disponibbli għall-ħarsien tal-pjanti u l-integrazzjoni sussegwenti ta’ miżuri xierqa li jiskoraġġixxu l-iżvilupp ta’ organiżmi dannużi. Sabiex jiġu minimizzati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-użu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (PPPs) u forom oħra ta’ intervent iridu jinżammu f’livelli li huma ġustifikati ekonomikament u ekoloġikament. L-għan aħħari tal-IPM huwa li tiġi prodotta għalla f’saħħitha bl-inqas ammont ta’ interruzzjoni bħall-sistemi agroekoloġiċi filwaqt li tippromwovi metodi alternattivi għall-kontroll tal-pesti.

L-objettiv ewlieni għall-adozzjoni tal-approċċ tal-IPM huwa sabiex jinżammu rendimenti tajbin fil-produzzjoni tal-għelejjel filwaqt li jitnaqqsu xi wħud mill-effetti negattivi li jistgħu jiġu kkawżati mill-użu eċċessiv ta’ ċerti sustanzi kimiċi.

L-approċċ tal-IPM jinvolvi l-identifikazzjoni tal-pesti kif ukoll il-valutazzjoni tal-ħsara li dawn jistgħu jikkawżaw. Metodi ta’ intervent/i permezz tal-IPM preferibbilment għandhom ikunu fiżiċi, mekkaniċi u/jew bijoloġiċi, u mbagħad wara dan għandhom jiġu kkunsidrati trattamenti kimiċi biex jiġi evitat telf tal-għelejjel. F’dan il-mod, l-IPM huwa prova li huwa prattika effettiva għall-ġestjoni tal-pesti għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ pesti u tfaqqigħ ta’ mard mingħajr l-użu ta’ pestiċidi eċċessivi li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-ambjent vijabbli ekonomikament permezz tal-produzzjoni tal-għelejjel.

Permezz tal-IPM, AgriConnect jistinka biex itejjeb is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-operazzjonijiet agrikoli billi jipprovdi linji gwida sabiex il-bdiewa jsegwuhom. Dan jikkontribwixxi għal reġim ta’ kontroll aħjar ta’ pesti u mard u jevita li tinbena reżistenza għas-sustanzi kimiċi. Għal strateġija effettiva tal-IPM, huwa ferm importanti li jkun hemm fehim tal-kundizzjonijiet ambjentali lokali.

Jekk jogħġbok agħfas hawn biex taċċessa dawn il-linji gwida.