Pjan għall-Għelejjel

Il-pjan tal-uċuħ tar -raba huwa vitali għall-ippjanar effiċjenti tal-fertilizzanti. Dan is-servizz jipprovdi lill-bdiewa b’approċċ strutturat biex jimmaniġġjaw l-għelieqi tagħhom fuq perjodu ta’ tliet snin. Dan il-proċess jinvolvi reviżjoni bir-reqqa ta’ diversi fatturi agrikoli, inklużi:

  • L-għażla tal-uċuħ (kif iddikjarati mill-bidwi)
    • Perjodi ideali ta’ tħawwil/żriegħ
    • In-numru ta’ pjanti li jitkabbru għal kull biċċa art
    • Perjodi ta’ żvilupp tal-uċuħ
    • Skedi ta’ rotazzjoni tal-uċuħ
    • Kompatibbiltà bejn tipi differenti ta’ uċuħ

Il-bdiewa jistgħu idaħħlu direttament il-pjanijiet tal-uċuħ permezz tal- “app” BiedjaCam. AgriConnect tipprovdi assistenza fir-reviżjoni u l-ippjanar annwali tal-uċuħ fl-għelieqi rreġistrati. L-ippjanar minn qabel għal perjodu ta’ tliet snin jagħti lill-bidwi aktar viżibilità ta’ kif se juża l-art. Dan jiżgura ġestjoni aħjar tar-riżorsi, saħħa aħjar tal-ħamrija u produzzjoni aktar stabbli.

Barra minn hekk, il-mili ta’ pjan tal-uċuħ huwa rekwiżit importanti għall-bdiewa li jixtiequ japplikaw għal ċerti servizzi agrikoli, bħall-Iskema tan – “New Water”. Il-pjan tal-uċuħ juri li l-bidwi qed jimmaniġġja l-art b’mod sostenibbli u responsabbli.

Dan l-approċċ jiżgura li l-bdiewa jirċievu gwida aħjar għall-għelieqi tagħhom, filwaqt li jippermetti lil AgriConnect tipprovdi l-assistenza meħtieġa b’mod aktar effettiv.