Programm ta' Azzjoni dwar in-Nitrati

Objettiv:

Mal-adeżjoni tagħma fl-UE, Malta, flimkien mal-Istati Membri l-oħra kollha, kienet obbligata li tiżgura li tkun konformi mad-Direttiva dwar in-Nitrati 91/676/KEE. Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li huma speċifiċi għall-ħarsien tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati (demel/demel likwidu organiku u fertilizzanti inorganiċi) minn sorsi agrikoli.

F’Malta, id-direttiva ġiet trasposta fil-L.S. 549.25 li tistabbilixxi l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi bħala l-Awtorità Kompetenti għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa fid-Direttiva. Il-L.S. 549.66 tistabbilixxi d-Direttorat tal-Agrikoltura bħala l-Awtorità Kompetenti għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-objettivi ta’ din it-tabella huma miġbura fil-qosor f’Tabella 1.

Tabella 1.

1

L-identifikazzjoni ta’ żoni vulnerabbli

2

Jiġu stabbiliti Programmi ta’ Azzjoni li għandhom jinkludu miżuri biex tiġi limitata l-applikazzjoni fuq l-art tal-fertilizzanti kollha li fihom in-nitroġenu u b’mod partikolari biex jiġu ssettjati limiti speċifiċi għall-applikazzjoni tad-demel tal-bhejjem

3

Jiġu mmonitorjati l-ilmijiet u jiġu applikati metodi ta’ referenza ta’ kejl għall-komposti tan-nitroġenu biex jiġi żgurat li l-miżuri huma effettivi

4

Jiġi stabbiliti Kumitat (għan-Nitrati) biex jgħin lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva

5

Jiġi stabbilit kodiċi jew kodiċijiet ta’ prassi agrikola tajba, biex jiġi implimentat mill-bdiewa fuq bażi volontarja

6

Jitwaqqaf programm, fejn meħtieġ, inkluża d-dispożizzjoni ta’ taħriġ, u informazzjoni għall-bdiewa, il-promozzjoni tal-applikazzjoni tal-kodiċi(jiet) tal-prassi agrikola tajba.

7

Jitfasslu u jiġu implimentati programmi ta’ monitoraġġ adattat biex tiġi evalwata l-effettività tal-programmi ta’ azzjoni.

Rwol tad-Direttorat:

Id-Direttorat tal-Agrikoltura huwa l-Awtorità Kompetenti biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati li Malta għandha bħala Stat Membru fir-rigward tal-ħarsien tal-ilma ta’ taħt l-art mill-kontaminazzjoni min-nitrati, speċifikament minn sorsi agrikoli.

F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva, taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent, Malta daħħlet fis-seħħ il-L.S. 549.66 li tipprovdi għad-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità ma’ din id-Direttiva. Dan kien issupplimentat ukoll b’reviżjoni tal-Programm ta’ Azzjoni fl-2011.

Bażi Legali

Nazzjonali

L.S. 549.66: Regolamenti tal-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati

 
Direttiva tal-UE

Direttiva dwar in-Nitrati 91/676/KEE

Kif tibgħat rapport:

Id-Direttorat tal-Agrikoltura huwa responsabbli biex jinvestigaw kwalunkwe rapport dwar ksur pertinenti għal-L.S. 549.66.

Għal kwalunkwe rapport li tixtieq tagħmel:

+356 22924563
agri-inspect.mafa@gov.mt

 

Żamma tar-Rekords

Iż-żamma tar-rekords pertinenti għad-Direttiva dwar in-Nitrati hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament 12 tal-L.S. 549.66

Sabiex il-bdiewa jiġu megħjuna biex jilħqu l-objettiv sabiex jiżguraw konformità ma’ tali obbligi, politika standard għandha tiġi adottata għal:

• Kontrolluri mill-Unità tal-Azzjoni dwar in-Nitrati (Direttorat tal-Agrikoltura) u l-Unità ta’ Kontroll (Aġenzija tal-Ħlas – Kundizzjonalità) għall-kontrolli biex jiġi żgurat li r-rekords tal-ġestjoni tar-razzett qed jinżammu sew
• Disponibbiltà/aċċessibbiltà għall-bdiewa biex jirreferu għall-mudelli (mis-sit web)

Għandu jkun ċar li ma hemm l-ebda obbligu legali biex il-bidwi/dak li jrabbi l-bhejjem iridu bilfors jużaw tali mudelli; pjuttost, dawn il-mudelli għandhom jintużaw bħala proċedura ta’ gwida. Biex ikunu konformi mar-rekwiżit li jistipula li: Il-bdiewa għandhom iżommu rekords adegwati u aġġornati tal-ġestjoni tar-razzett, u dawn għandhom ikunu disponibbli immedjatament għal spezzjoni mid-Dipartiment fuq talba.
Ir-rekords tal-ġestjoni tar-razzett għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli:

a) il-bidwi għas-sena kalendarja inkwistjoni;
(Għandu jiġi indikat fuq kull folja sottomessa, applikabbli kemm għall-bhejjem u bbażati fuq l-art)

b) l-area agrikola totali inkluż id-daqs u l-post ta’ kull għalqa;
(Din għandha tkun disponibbli fuq pjanijiet ta’ fertilizzanti approvati permezz tal-kalkolu li jitwettaq fuq is-sistema tal-IT)

c) ir-reġimi tal-għelejjel u l-areas individwali tagħhom;
(Dan għandu jkun disponibbli fis-sistema permezz tal-ħruġ ta’ pjanijiet ta’ fertilizzanti approvati)

d) l-għadd ta’ bhejjem miżmuma fl-azjenda, l-ispeċi tagħhom u t-tip u t-tul ta’ żmien li jinżammu fl-azjenda;
(L-informazzjoni għandha tkun disponibbli mill-ktieb tal-merħla, huwa importanti li dan jinżamm aġġornat)
((Applikabbli biss għas-sidien tal-bhejjem))

e) il-kapaċità għall-ħażna tad-demel tal-bhejjem, u fejn applikabbli, id-dettalji tal-ħażna mikrija, il-produzzjoni tad-demel tal-bhejjem, is-separazzjoni tad-demel, id-dettalji ta’ kwalunkwe ftehim kuntrattwali jew tal-kirja;

• ċertifikat ta’ perit bil-warrant li jkun fih id-dettalji tal-clamp tad-demel u l-fossa
• Produzzjoni tad-demel tal-bhejjem – il-bidwi għandu indikazzjoni tal-kalkolu skont l-Anness V tal-Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati (Anness II)
• Separazzjoni tad-demel – kwalunkwe rekord tal-informazzjoni teknika relatati mal-użu tas-separazzjoni tad-demel, pereżempju elettriku użat imqabbel mar-rata ta’ separazzjoni kull siegħa.

(Applikabbli biss għall-bhejjem)

f) il-kwantità ta’ kull tip ta’ fertilizzant li jinġieb jew jitmexxa mill-azjenda, l-ammont ta’ kull tip ta’ fertilizzant applikant, il-kontenut tan-nutrijenti ta’ fertilizzant inorganiku, il-post użat;

g) id-data taċ-ċaqliq tad-demel tar-razzett, l-isem u l-indirizz tar-riċevitur, il-mittent u kwalunkwe trasportatur ta’ parti terza tad-demel.

Konsulenti u Esperti Tekniċi

Ir-Regolament 18(j) tal-L.S. 549.66 teħtieġ li l-Awtorità Kompetenti jkollha Lista ta’ Konsulenti u Esperti Tekniċi.

Dawn il-konsulenti u l-esperti tekniċi jkunu rikonoxxuti mid-Direttorat bħala persuna kompetenti biex tipprovdi konsulenza u tagħrif tekniku fil-kumpilazzjoni tal-Pjanijiet dwar il-Fertilizzanti li trid titwettaq skont ir-Regolament 4 tal-L.S. 549.66.

Kwalunkwe persuna interessata li tikseb rikonoxximent mid-Direttur biex tkun inkluża fil-lista tal-Konsulenti u l-Esperti Tekniċi għandha tikkuntattja lill-uffiċjali rilevanti.

Lista ta’ Konsulenti u Esperti Tekniċi
Isem Mowbajl Indirizz Elettroniku Nru taċ-Ċertifikat Data tal-Ewwel Reġistrazzjoni
Is-Sur Jonathan Falzon
TA2
Il-11 ta’ Marzu 2016
Is-Sur Henning Lyngsø FOGED
TA9
It-30 ta’ Novembru 2022
Is-Sur Kyle Spiteri
TA10
It-22 ta’ Awwissu 2023
Dr Daniel Sultana
TA6
It-3 ta’ Awwissu 2018
Is-Sa Sonya Sammut
TA7
Is-27 ta’ Awwissu 2018
Is-Sur Thomas Galea (AgriConnect)
21804981/2/4
TA11
It-3 ta’ Novembru 2023
Reġistrazzjoni bħala importatur, distributur jew rivenditur tal-fertilizzanti

Skont ir-Regolament 14(1) tal-L.S. 549.66 l-importaturi, id-distributuri u r-rivendituri kollha tal-fertilizzanti għandhom ikunu rreġistrati mad-dipartiment. L-importaturi, id-distributuri u r-rivendituri kollha tal-fertilizzanti għandhom japplikaw mil-link li ġejja:
https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/Ambjent_-Ener_ija_-Biedja-u-Sajd/Biedja/Biedja/WEB2346/default.aspx

Korsijiet ta’ Taħriġ Approvati – Għall-Użu ta’ Fertilizzanti Organiċi u Inorganiċi

Skont ir-Regolament 13(2) tal-L.S. 549.66, id-Direttorat tal-Agrikoltura jorganizza korsijiet perjodiċi dwar l-użu tal-fertilizzanti. Kull min huwa interessat biex jattendi wieħed minn dawn il-korsijiet jista’ japplika hawn jew jikkuntattja lis-Servizzi għall-Klijenti fid-Direttorat tal-Agrikoltura fuq 2180 4981.

Informazzjoni ġenerali:

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil: agriconnect.mafa@gov.mt

 
Kif tirreġistra parċelli fir-Reġistru tan-Nitrati:

Biex tirreġistra l-parċelli tiegħek fir-Reġistru tan-Nitrati, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Front Office fuq 21804981/2/4.

Riżorsi:
Linji Gwida tar-Rekwiżiti tan-Nutrijenti tal-Pjanti

Linji Gwida tar-rekwiżiti tan-nutrijenti tal-pjanti
Rekwiżit tan-nutrijenti tal-pjanti
Linja gwida għal pjan tal-ġestjoni tan-nutrijenti
Kontenut-N fid-demel tal-bhejjem
Mudell tal-pjan tal-fertilizzanti

Mudelli għaż-Żamma tar-Rekords

Folja tar-rekords tal-ġarr ta’ demel barra r-razzett
Folja tar-rekords għat-trasportaturi ta’ demel u demel likwidu tal-bhejjem
Folja tar-rekords għax-xiri u l-użu tad-demel u l-fertilizzant

 
Kalkolu tal-Kapaċità tal-Ħażna tal-Iskart għal Azjendi tal-Bhejjem

Kalkolu tal-ħtieġa għall-ħażna tad-demel u d-demel likwidu