DIRETTUR ĠENERALI

dg-rural-affairs

Saviour Debono Grech

Direttur Ġenerali tal-Affarijiet Rurali

Saviour Debono Grech twieled Malta, lil Joe u Edith. Huwa nħatar Direttur Ġenerali tal-Affarijiet Rurali f’Novembru tal-2020 u huwa responsabbli mid-Direttorat tal-Agrikoltura u d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti. Huwa ilu jservi bħala membru fuq il-Bord tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar minn Marzu tal-2020. Bejn l-2016 u l-2020 kien Direttur tal-Agrikoltura u kien responsabbli minn oqsma bħall-qafas regolatorju tal-agrikoltura, il-politika u r-riċerka tal-agrikoltura, il-vitikultura u l-oenoloġija. Minn Settembru tal-2019, serva wkoll bħala membru fuq il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar l-Agrikoltura u f’Marzu tal-2020 serva bħala Chairman tal-istess kumitat. Huwa għandu Fellowship miċ-Chartered Insurance Institute ta’ Londra u għal aktar minn 16-il sena ħadem fl-industrija tal-assigurazzjoni. Saviour huwa miżżewweġ lil Dorianne. Għandu tifel, li jismu Stefano.