Assigurazzjoni għall-Konsumaturi u Korpi ta' Kontroll tal-UE

Il-bdiewa, il-proċessuri u l-importaturi ta’ prodotti organiċi jridu jkunu konformi mar-regolamenti stretti jekk iridu jużaw il-logo organiku tal-UE jew tikkettar jew marki nazzjonali ekwivalenti. Sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw dawn ir-regolamenti, irid ikun hemm fis-seħħ sistema ta’ spezzjoni ugwalment stretta.
Dawn l-ispezzjonijiet iridu jitwettqu f’kull stadju fil-katina tal-provvista tal-biedja organika, biex b’hekk il-konsumatur ikun fiduċjuż li meta jixtri ikel organiku, kull prodott ikun ġie prodott skont il-Leġiżlazzjonijiet Nazzjonali u Ewropej stretti li jimmiraw li jirrispettaw l-ambjent u l-benesseri tal-annimali u jkun ġie spezzjonat skont dawn.

Spezzjonijiet:

Kull Stat Membru tal-UE nnomina għadd ta’ awtoritajiet pubbliċi u/jew korpi ta’ spezzjoni privati approvati biex iwettqu l-ispezzjonijiet. Il-korpi ta’ spezzjoni jew l-awtoritajiet ta’ spezzjoni kollha jaġixxu taħt is-superviżjoni jew b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ċentrali tal-Istati Membri. Dan il-proċess huwa sorveljat minn kull Stat Membru tal-UE li huwa responsabbli biex jistabbilixxi sistema ta’ spezzjoni mal-awtoritajiet kompetenti biex jaċċertaw aderenza mal-obbligi stabbiliti fir-Regolament dwar il-biedja organika.

• Iridu jkunu akkreditati taħt ir-Rekwiżiti Ġenerali tal-UE għall-korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodott
• Iridu jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri
• They have to be objective vis-à-vis the operators subject to their inspections

Numri tal-kodiċi ta’ korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll:

Kull meta jintuża l-logo organiku tal-UE fuq il-prodott, dan dejjem irid ikun akkumpanjat min-numru tal-kodiċi tal-korp jew l-awtorità ta’ kontroll li jkun soġġett għalihom l-operatur li jkun wettaq il-produzzjoni jew l-operazzjoni ta’ preparazzjoni l-aktar riċenti.

Il-format ġenerali tan-numru tal-kodiċi huwa MT-ORG-001, fejn MT huwa l-kodiċi ISO tal-pajjiż (Malta) fejn isir il-kontroll, ORG huwa t-terminu li jistabbilixxi rabta mal-produzzjoni organika, bħal “bijo” jew “org” jew “eko/eco” u 001 huwa numru ta’ referenza.
L-Istati Membri jattribwixxu numru tal-kodiċi lil kull korp u awtorità ta’ kontroll organiku li jkunu approvaw biex joperaw fuq it-territorju tagħhom. Dan in-numru tal-kodiċi jinsab fuq kull tikketta organika. In-numru tal-kodiċi jindika li l-prodott ġie spezzjonat mill-korp jew l-awtorità ta’ kontroll li tiggarantixxi li ġie prodott jew ipproċessat skont ir-Regolament organiku.

Hawn tista’ ssib il-lista l-aktar riċenti tal-korpi u l-awtoritajiet ta’ kontroll tal-UE bin-numri tal-kodiċi tagħhom.
Fuq il-prodott importati, huwa obbligatorju li jiġi elenkat in-numru tal-kodiċi tal-korp jew l-awtorità ta’ kontroll biss jekk jintuża l-logo organiku tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli biex tattribwixxi n-numri tal-kodiċi lill-korpi u l-awtoritajiet ta’ kontroll li jwettqu l-ispezzjonijiet barra mill-UE.

Hawn tista’ ssib:
Il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325

 
Ċertifikazzjoni:

Individwi/kumpaniji li joperaw fil-kummerċ ta’ prodotti organiċi huma meħtieġa li jkunu ċċertifikati bħala operatur organiku sabiex ikunu jistgħu jbigħu jew jikkumerċjalizzaw il-prodotti organiċi, skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 427.93 dwar il-Produzzjoni Organika u t-Tikkettar ta’ Prodotti Organiċi:

Artikolu 8. (2) L-ebda operatur ma għandu jipproduċi, jipproċessa, jipprepara, ibigħ jew jikkummerċjalizza kwalunkwe prodott ittikkettat bħala organiku sakemm dak l-operatur ma jkunx kiseb iċ-ċertifikazzjoni rilevanti mill-awtorità kompetenti, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll kif indikat mill-awtorità kompetenti.

Il-produtturi, il-proċessuri jew in-negozjanti tal-ikel li jixtieq jikkumerċjalizzaw l-ikel tagħhom bħala organika jeħtieġu li jkunu rreġistrati mal-awtorità jew mal-korp ta’ kontroll sabiex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni organika. Il-fondi u l-metodi ta’ produzzjoni tagħhom iridu jiġu spezzjonati u rikonoxxuti mill-korp jew l-awtorità ta’ kontroll. Irziezet organiċi wkoll iridu jgħaddu minn perjodu ta’ konverżjoni qabel ma jkunu jistgħu jbigħu l-prodotti tagħhom bħala organiċi.
Iċ-ċertifikazzjoni organika tiddiferixxi skont kull tip ta’ operatur u l-operazzjonijiet tagħhom u għaldaqstant, meta tapplika għaċ-ċertifikazzjoni, jeħtieġ li tagħżel it-tip ta’ operatur u l-operazzjonijiet organiċi mwettqa mill-kumpanija tiegħek li tista’ ssib permezz tal-link tal-Awtorità ta’ Kontroll.

Ksur u irregolaritajiet:

Fil-każ li operatur jinstab li jkun kiser ir-rekwiżiti tar-regolamenti organiċi u r-reġim tal-ispezzjoni, l-awtorità jew il-korp ta’ kontroll għandu jieħu l-miżuri neċessarji skont il-Katalgu tal-Miżuri biex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti pertinenti.
Fejn iseħħu irregolaritajiet f’lott wieħed ta’ produzzjoni, l-awtorità jew il-korp ta’ spezzjoni jiżgura li r-referenzi, l-indikazzjonijiet u l-logos li jirreferu għall-metodu ta’ produzzjoni organika ma jintużawx fuq dak il-lott.