Prodotti Agri-Alimentari Tradizzjonali ta' Malta
Il-kunċett tal-Prodotti Agrialimentari tradizzjonali huwa suġġett għall-interpretazzjoni billi kulħadd għandu idea differenti ta’ xi tfisser eżatt tradizzjonali. Xi wħud jistgħu jinterpretaw tradizzjonali bħala xi ħaġa li hija platt tipiku mħejji u servut f’Malta biss filwaqt li oħrajn jistgħu jinkludu prodotti tal-ikel varji li ddaħħlu mill-barranin u ġew integrati maż-żmien bħala prodott Malti. Biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, tfassal avviż legali biex jiddefinixxi dak li jikkostitwixxi prodotti tal-ikel tradizzjonali u se jkun hemm bord li se jagħmel id-deċiżjoni finali wara proċedura ta’ konsultazzjoni pubblika. L-iskop ta’ reġistru uffiċjali huwa biex jaqdi bħala referenza uffiċjali għall-prodotti agrialimentari tradizzjonali awtentiċi.
BAŻI LEGALI
L.S. 427.89 Regolamenti dwar it-Twaqqif ta’ Reġistru Nazzjonali ta’ Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta.
LOGO TAR-REĠISTRU NAZZJONALI TA’ PRODOTTI AGRIALIMENTARI TRADIZZJONALI TA’ MALTA
KIF TISTA’ TIĠI PPREŻENTATA TALBA GĦALL-INKLUŻJONI TA’ PRODOTT FIR-REĠISTRU NAZZJONALI TA’ PRODOTTI AGRIALIMENTARI TRADIZZJONALI TA’ MALTA?
Kulħadd jista’ jippreżenta prodott jew riċetta li jemmen li għandha tiġi inkluża u rikonoxxuta uffiċjalment fir-Reġistru Nazzjonali ta’ Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta. Ir-Reġistru għandu jinkludi l-isem tal-prodott, iż-żona tal-oriġini, deskrizzjoni tal-prodott u tal-ipproċessar, il-preservazzjoni u l-metodi tat-tqaddim tiegħu, il-materjali użati għat-tħejjija tal-prodott u l-istorja u t-tradizzjoni tal-prodott. F’dan ir-rigward, trid timtela formola ta’ applikazzjoni MT li trid tiġi sottomessa online. L-Awtorità Kompetenti, hekk kif tirċievi s-sottomissjoni, tiġbor il-formoli tal-applikazzjoni li mbagħad jintbagħtu lill-Bord tal-Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta.
IR-RWOL TAL-BORD TAL-PRODOTTI AGRIALIMENTARI TRADIZZJONALI TA’ MALTA
Ir-rwol tal-Bord tal-Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta huwa biex jevalwa l-prodott jew il-prodotti sottomessi għall-inklużjoni fir-Reġistru u jiddeċiedi jekk tali prodotti jkunux ġew approvati jew irrifjutati bħala li huma prodotti agrialimentari tradizzjonali ta’ Malta.
KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IR-REĠISTRU NAZZJONALI TAL-PRODOTTO AGRIALIMENTARI TRADIZZJONALI TA’ MALTA
Wara li ssir l-evalwazzjoni mill-Bord tal-Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta, il-prodotti rakkomandati mbagħad jiġu proposti lid-Direttorat tal-Agrikoltura fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali biex titnieda konsultazzjoni pubblika.
Il-pubbliku inġenerali kif ukoll il-partijiet interessati kollha mbagħad jiġu mistiedna biex jipprovdu l-feedback tagħhom fil-konsultazzjoni pubblika miftuħa billi jaċċessaw, b’mod elettroniku, id-dokumentazzjoni rilevanti kollha permezz tat-tabella ta’ hawn taħt, u jipprovdu feedback permezz tal-email: [email protected]
Kwalunkwe konsultazzjoni pubblika miftuħa u preċedenti hija elenkata fit-tabella ta’ hawn taħt.
Il-Bord, wara li jevalwa l-applikazzjoni u l-feedback miksub mill-pubbliku permezz tal-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, jieħu deċiżjoni dwar jekk jinkludix jew le l-prodott fir-Reġistru Nazzjonali tal-Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta.
REĠISTRU NAZZJONALI TA’ PRODOTTI AGRIALIMENTARI TRADIZZJONALI TA’ MALTA
Il-prodotti approvati mill-Bord u inklużi fir-Reġistru Nazzjonali tal-Prodotti Agrialimentari Tradizzjonali ta’ Malta jistgħu jiġu aċċessati permezz ta din il-link.